Jason Azzopardi, l-ardit, l-arroganti u l-pastaż.
M’hemmx aġġettivi isbaħ minn dawn biex jiddeskrivu lill-avukat ta’ Repubblika li fil-Qorti llejla, li spiċċa kellu jkun mwiddeb għal diversi drabi mill-Imħallef Aaron Bugeja, talli pprova jagħmilha tal-bully mal-Ministru Clint Camilleri.
“Int taħseb li se nibża’ minnek, mingħalik xi ħaġa għax int Ministru”, beda jgħajjat Azzopardi li saħansitra mexa fid-direzzjoni tal-Ministru Clint Camilleri, bl-Imħallef Bugej jintervjeni u pprova jsikket u jrażżan lill-istess Azzopardi għal mill-anqas seba’ darbiet.
F’mument minnhom kienu saħansitra se jintervjenu l-marixxalli fl-Awla biex jevitaw li Azzopardi jersaq wisċ viċin tal-Ministru Camilleri.
Jason Azzopardi kien il-Qorti biex isostni l-appell li ressaq biex isalva t-talbiet għal Inkjesti li għamel kontra l-Ministru Camilleri, liema Inkjesti kienu oriġinarjament miċħuda minn Qorti oħra.
Irridu niftakru li ftit tal-ġimgħat ilu jason Azzopardi nfexx f’litanija ta’ nsulti fil-konfront ta’ żewġ Maġistrati għaliex it-talbiet għal inkjesti tiegħu kienu miċħuda għaliex ma ppreżenta l-ebda prova niex jissostanżja l-allegazzjonijiet li kien qed jagħmel.
Ġimgħatejn ilu, Azzopardi kien saħansitra mmultat €1,000 u spiċċa bil-kondotta mtappna wara li nstab ħati ta’ dispreżż lejn il-Qorti billi ġibed video tal-Prim Ministru Robert Abela u tal-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard gfil-bini tal-Qorti stess, u għadda l-video lil Net News.