Imkejjen qrib il-Partit Nazzjonalista spjega li quddiem is-skiet li jtarrax fid-Dar Ċentrali, fejn lanqas il-Grupp Parlamentari ma ssejjaħ biex jiddiskuti l-kriżi li għaddej minnu bħalissa, ‘ifisser li xi ħadd, x’imkien qed iħejji xi pjan.’
Deputati tal-PN spjegawlna kif minkejja t-terremot li ġab miegħu ir-riżultat tas-survey tal-Ħadd li għadda, ħadd għadu ma ndenja ruħu li jsejjaħ laqgħa tal-Grupp Parlamentari.
Dan qed ipoġġi lid-Deputati f’sitwazzjoni ta’ ansjeta’ għal li ġej, hekk kif diġa jinsabu disorjentati b’li qed jinqala fejn il-partitarji huma mixgħula għall-Kap minħanna n-nuqqas ta’ reazzjoni għall-għajta tal-partitarji għal azzjoni kontra min qed jikkaġuna l-problemi u l-indħil fit-tmexxija.
‘Ma nistgħux nifhmu għaliex dan is-silenżju u inazzjoni kolha,’ sostna Deputat minnhom bil-kundizzjoni li jinżamm anonimu, li żied ukoll kif dan is-skiet, ‘pjuttost jinkwieta’.
Skond dan id-Deputat, ‘meta jkun hawn daqstant skiet, ikun ifisser li xi ħadd, x’imkien qed iħejji pjan u għad irid ilesti’.