Tan-Net News ħelwin!
Jakkużaw lis-Segretarja Parlamentari Alicia Bugeja Said b’indifferenża, u jitkellmu fuq l-annimali, meta l-Partit Nazzjonalista jinsab maqbud f’waħda mill-agħar kriżijiet eżistenżjali tiegħu, bil-partitarji tiegħu stess jakkużawh b’indifferenza għar-riżultat tas-survey pubblikat nhar il-Ħadd li għadda mill-MaltaToday.
RITRATT: Net News u t-titli żbaljati fuq fejn hi l-indifferenza
Għaliex Bugeja Said għażlet li ma tweġibx biex imbgħad tispiċċa bi kliema manipulati u mghawwġa mis-sens tagħhom, filwaqt li l-PN jibqa’ mutu u indifferenti lejn il-partitarji tiegħu, għaliex hu coward u jrid jaħrab mill-verita kerħa li jinsab maħtuf mill-klikka militanti u estrema mmexxija mill-aħwa Karol u Robert Aquilina.
Ta’ Net news aħjar jaraw l-indifferenza tagħhom lejn it-telespettaturi u l-partitarji tal-PN, li għażlu li lanqas biss jirrappurtaw is-survey, u ttrattaw lin-nies tagħhom bħala bċieċen.