X’se jagħmel l-Avukat Peter Fenech bħala l-President tal-Kamra tal-Avukati quddiem il-prova bl-awdjo ta’ Roberto Montalto jhedded lill-Pulizija tal-Belt u jitkellem b’mod dispreġjattiv fil-konfron tal-vittma li wasslitu biex trssaq b’arrest quddiem il-Qorti fuq vjolenza.
Issa li kemm dan is-sit, flimkien mas-sit www.NevilleGafa.Com ippubblikajna l-awdjo ta’ Roberto Montalto jhedded u jinġurja, Peter Fenech – li l-ġimgħa li għaddiet staħba wara dak li fisser bħala l-‘ambivalenza tal-Liġi f’każi bħal dawn – ma jistax ma jieħux in konsiderazzjoni l-imġieba ta’ Avukat mal-awtoritajiet, u dan waqt li hu fuq bail.
TAĦT AKKUŻA: L-Avukat Roberto Montalto
Il-ġimgħa li għaddiet, Peter Fenech qalilna li l-Kamra tal-Avukati se tistenna l-eżitu tal-każ qabel ma tieħu pożizzjoni fuq l-avukat ta’ Daphne Caruana Galizia.
Issa li pajjiż sħiħ sema# d-diskors ta’ Montalto lill-Pulizija, kif ukoll kif tkellem dwar il-vittma tiegħu stess, kif jista’ Avukat li tressaq b’arrest quddiem il-Qorti, li qed barra fuq bail, jibqa’ jidher quddiem Maġistrat jew Imħallef u jiddefendi klijenti qisu xejn mhu xejn?
ISMA L-AWDJO BIT-THEDDID TAL-AVUKAT MONTALTO LEJN IL-PULIZIJA FL-GĦASSA TAL-BELT
Il-Kamra tal-Avukati għandha tagħmel xogħolha u tipproteġi l-ewwelnett lill-Maġistrati nisa, u lill-kollegi avukati nisa li jaħdmu fil-qrib mal-Avukat Montalto, minflok ma tieħġu l-ħin tagħha biex ’tistenna l-eżitu’.
Allaħares kien avukat Laburist!