M’hemmx rażan għall-arroganża u t-temperament tal-Avukat Roberto Montalto li l-ġimgħa li bħalissa jinsab bil-bail (liberta proviżorja) wara li tressaq b’arrest dwar vjolenża fuq nisa.
Montalto, li hu wkoll l-avukat ta’ Daphne Caruana Galizia u ma jixbax jagħti l-lectures fuq Net TV dwar ir-Rule of law, issa nqabad jikser ukoll il-kundizzjonijiet tal-bail mogħtija lilu, billi wettaq ir-0reat ta’; intimidazzjoni fuq il-Pulizija fl-Għassa tal-Belt.
Il-kollega Neville Gafa llejla żvela b’mod esklussiv l-awdjo bil-vuċi ta’ Roberto Montalto jinstema jhedded u jintimida lill-Pulizija li se jżommhom responsabbli għal kull blog li jikteb Gafa dwar rapporti li jidħlu kontrih.
Montalto jinstema jitkellem b’mod dispreġġjattiv fil-konfront tal-vittma tiegħu, u li dwarha tressaq il-Qorti.
Nifhmu li l-Puli9zija tal-Belt għamlu rapport fuq din l-intimidazzjoni li ġarrbu minn Montalto.
ISMA L-AWDJO HAWNHEKK / KORTEŻIJA WWW.NEVILLEGAFA.COM