Ir-rabja kbira tal-partitarji nazzjonalisti għas-sitwazzjoni imbarazzanti ħafna li daħal fih il-partit, kompliet tieħu xejra aktar gravi mas-siegħat, hekk kif issa qed iddur anki fuq Michael Piccinino, li sa ftit tal-ġimgħat ilu kien is-Segretarju Ġenerali.
Wara l-pubblikazzjoni tas-survey il-bieraħ mill-gazzetta MaltaToday, ħafna kienu l-partitarji li nfexxew f’Michael Piccino fuq Facebook, wara li kiteb li l-PN għad irid ‘jisma’ aktar’ lin-nies.
Kumment partikolari wasal mingħand partitarja li ħarġet b’saħħa kontra Piccinino – illum kandidat għall-elezzjoni ġenerali – li saħansitra kixfitlu l-borom fuq x’kien jgħidilha dwar ir-raġuni għalfejn kien jorganizza t-tombla!
Aqra hawnhekk: