Numru ta’ ġenituri kkuntattjawna biex jesprimu t-tħassib tagħhom fuq l-infiltrazzjoni tal-għaqda Repubblika fl-iskejjel privati fejn wliedhom qed ikunu edukati.
Dawn il-ġenituri spjegaw li bdew jirċievu emails fl-inboxes privati tagħhom, fejn l-Repubblika qed tistieden lill-istudenti biex jipparteċipaw f’kompetizzjonijiet dwar il-governanza u u ċ-‘ċittadinaża tajba’.
IL-LINK TAL-EMAIL LI QED TINTBAGĦAT MINN REPUBBLIKA FUQ L-EMAILS TAL-ĠENITURI TA’ TFAL LI JATTENDU L-ISKEJJEL PRIVATI : https://repubblika.org/active-and-responsible-citizenship-2025
Din mhix l-ewwel darba li Repubblika bdiet tidħol fl-iskejjel.
Kien hemm istanżi li ġejna notifikati, fejn kelliema ta’ Repubblika saħansitra kienu fl-iskejjel biex jagħtu ‘lectures‘ dwar l-għaqda, kif ukoll biex ikellmu lill-istudenti dwar il-kampanji tagħhom.
Nifhmu li dawn l-iniżjttivi minn Repubblika huma parti mill-kundizzjonijiet li aċċettaw biex ikunu jistgħu jirċievu finanżjamenti minn barra l-pajjiż mingħand entitajiet li s’issa qed iżommu mistura mill-pubbliku Malti u Għawdxi.