Xi kultant jiġi mument fejn tassew nistaqsi dwar kif il-Partit Nazzjonalista ma jistħix!
Żgur li dan ngħidu dwar id-Deputat Darren Carabott, li donnu biex inessi jew imewwet ftit mir-rabja tal-partitarji lejn is-sitwazzjoni assurda li jinsab fiħ b’ponn estremisti li ħatfuħ u żebilħuħ, dan iddeċieda li jikteb fuq id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Carabott ħelu wisq biex jiddikjara kif ‘Gvern Nazzjonalista welled lis-CPD 25 sena ilu, u se jkompli jinvresti f’dawn in-nies b’qalb tad-deheb.”
Kemm hu konvenjenti hux?
Dan Darren Carabott ħaseb li l-ħaddiema tas-CPD bċieċen u se jibilgħu il-wegħdiet fieraħ tiegħu, li qabad u fajjar post b’ritratt tiegħu meħud ma’ inġenju ġdid, mixtri fi żmioen Gvern Laburista.
RITRATT: Darren Carabott ma jafx jistħi, jpoġġi ritratt tiegħu mal-ħaddiema tas-CPD
Carabott ħelu għaliex illum, iddeċieda li jirreaġixxi għall-verita’ li tkellem dwar il-Prim Ministru Robert Abela l-ġimgħa li għaddiet, fejn fakkar kif Gvern Nazzjonalista tant kellu għal qalbu lill-ħaddiema tas-CPD, li kien itihom uniformijiet, boots u kalżetti kollha second hand, jiġifieri li kienu jintlibsu minn ħaddieħor, f’pajjiż ieħor, u spiċċaw malta flok ma ntremew!
Daqshekk kien jistmahom lill-ħaddiema tas-CPD Gvern Nazzjonalista!
Aktar minn hekk, Gvern Nazzjonalista qas kien jikkalkula s-servizz tagħhom, tant li kelu jkun Gvern immexxi mill-Partit Laburista li introduċa s-servizz ta’25 sena, kif ukoll id-dritt tal-union u l-ftehim kollettiv li tejjeb drastikament il-kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ kull ħaddiem full-time, kif ukoll ta’ dawk li jservu bħala ta’ riżerva.
Darren Carabott nesa jitkellem fuq l-investiment multi-miljunarju fl-inġenji kollha, kif ukoll fuq l-investimenti kbar addizzjonali fl-istazzjonijiet tas-CPD madwar il-pajjiż.
Jekk Darren Carabott ried ikun serju f’li kiteb fuq Facebook illum, imissu kien raġel u talab apoloġija għall-mod dilettantesk u diskriminatorju li bih mexa fil-konfront tal-ħaddiema tas-CPD qabel l-2013, imbgaħd nkunu qed nirraġunaw!.