Is-Segretarju Ġenerali l-ġdid tal-Partit Nazzjonalista Charles Bonello, baqa’ jżomm l-impjieg tiegħu full-time bħala s-Segretarju Privat mal-eks Prim Minsitru Lawrence Gonzi, filwaqt li hu wkoll ‘full time’ mal-PN.
Dan ikkonfermaħ Bonello nnifsu mal-gazzetta ‘KullĦadd’ fejn saħansitra ddikjara li kien qed iserraħ ras kulħadd li qed jiddedika l-ħin kollu neċessarju kemm għall-impenji ma’ Gonzi, kif ukoll għax-xogħol tiegħu full time bħala Segretarju Ġenerali.
Il-KullĦadd irrapporta li Charles Bonello jitħallas mill-Gvern bħala s-Segretarju Privat ta’ Gonzi.
Din ir-rivelazzjoni tistona mal-mod kif il-PN u l-esponenti tiegħu jħobbu jgħajjru lil tant nies bl-imsejħa ‘cushy jobs’ filwaqt li għas-Segretarju Ġenerali Charles Bonello, dak hu ‘OK’!.