Kemm hu faċli li titkellem fuq it-traffiku meta tkun fl-Oppożizzjoni, speċjalment meta t-traffiku hu reali f’pajjiż li ekonomikament sploda u li f’dawn l-aħħar 12-il sena ta’ Gvern Laburista aktar minn rdoppja l-middle class.
Għal Bernard Grech, hu faċli – anżi faċli ħafna – li llum il-Ħadd, meta kulħadd qed jitkellem fuq is-survey tal-Malta Today, u tmur tilgħab safe u home fuq Net TV, waqt programm ta’ analiżi tal-gazzetti, bil-Malta Today quddiemek, jew f’idejn il-preżentatur u Sindku tiegħi Julian Borg u tagħżel li tinjora, taħrab u tiddevja mir-realta.
In-nies u l-partitarji innutaw lil Bernard Grech jagħmel dik il-ħaġa li issa draw jaraw: li bħal ta’ qabblu AAdrian Delia, dan Bernard Grech ukoll għandu ‘fetish’ għall-istess nies li jstawuh.
Kif jista’ jkun li l-PN jinsab fl-istat li hu minħabba l-arroganża, l-entitelment u l-assurdita’ ta’ nies bġal Karol Aquilina, ħuħ Robert, Jason Azzopardi, Manwel Delia u oħarjn bħalhom, jibqgħu jitħallew jagħmlu li jridu, anżi jirrakkattaw lill-istess Bernard Grech, u jibqa’ jgħidilhom grazzi, jipptoeġihom u jobdihom flok ma jiddeċiedi li jiddikjarhom bħala inutli, distruttivi u mhux lokhom aktar li jkunu assoċjati mal-PN.
Minflok, Bernard Grech illum reġa pprattika l-harakiri fuqu nnifsu, billi ħalla d-djufija tiegħu ssir aktar dgħajfa u spiċċa jħalli lill-estremisti jieħu aktar kontroll fuqu, billi bl-aktar mod sfaċċat, jiddeċiedu l-futur politiku tiegħu.
Jekk Bernard Grech mhux se jagħmel hekk – konvint li li anki hu stess jaf – nistgħu minn issa ngħidu li hu ‘dead man walking! – l-għajta tal-gwardji meta ħabsi jkun beda l-aħħar mixja tiegħu miċ-ċella tiegħu għall-forka.