Hemm gwaj ġudiżżjarji serji fuq ix-xefaq għal Jason Azzopardi, hekk kif investigazzjoni tal-FIAU fuq Jason Azzopardi hu rrappurtat li kienet konkluża u se tintbagħat għand il-Pulizija tal-FCID għal investigazzjoni.
L-FIAU investigat lil Azzopardi fuq ġid mhux spjegat u evażjoni fiskali.
Il-ġimgħa li għaddiet, dan is-sit irrapporta kif fil-każ ta’ Azzopardi kien estiż ukoll fuq membri tal-familja tiegħu, tant li kienu skrutinati l-kontijiet u d-dikjarazzjonijiet ta’ qarib tiegħu.
Hu mifhum li mill-investigazzjonijiet tagħha, jirriżultaw wisq dikrepanżi minn dak iddikjarat bħala dħul ta’ Jason Azzopardi kemm minn xogħol legali ma’ klijenti fil-Qorti Kriminali u Ċivili, u ma’ dawk b’kuntratti privati ma’ kumpanniji u negożjanti.
L-investigazzjoni tal-FIAU fuq Jason Azzopardi tkopri l-medda ta’ dawn l-aħħar għaxar snin.
Hu mistenni issa li fil-jiem li ġejjin, ir-rapport bil-konklużjonijiet tal-FIAU jgħaddi għand il-Pulizija tal-FCID biex tibda l-investigazzjoni tagħha fuq dak miġbur s’issa, filwaqt li tibgħat formalment għalih u anki għal ħuħ.
Nifhmu wkoll li matul ix-xhur li għaddew Azzopardi pprova kemm-il darba ‘jirranġa’ ma’ membri tal-Gvern biex iwaqqaf l-investigazzjoni kontrih.
Filwaqt li ma sab l-enda kollaborazzjoni, din tfisser ħafna fuq kif jaħseb u jaħdem Jason Azzopardi li jridha bħala l-paladin tar-‘Rule of Law’ fil-pajjiż.