Il-Prim Ministr RTobert Abela u martu Lydia jinsabu f’Londra biex ikunu mal-pażjenti ta’ Puttinu, kif ukoll biex jiltaqgħu mal-ħaddiema li jagħtu kull għajnuna lil dawn il-pażjenti.
F’messaġġ, il-Prim Ministru qal li din iż-żjara f’Londra qed issir flok il-laqgħa politika tal-ħadd biex jagħti ġieħ għax-xogħol kbir li qed jitwettaq minn Puttinu.
“Puttinu jgħix il-vjaġġ mal-familji b’imħabba liema bħalha. Din iż-żjara f’Londra kienet esperjenza li fiha rajna ħafna kuraġġ u determinazzjoni.”
Il-Prim Ministru sostna kull appoġġ lejn ħġdmet Puttinu, u sostna li ‘ha nibqgħu nagħtu l-appoġġ tagħna biex il-ħolma tal-binja fiċ-ċentru ta’ Londra li tilqa’ l-pazjenti u l-familji waqt li jirċievu l-kura medika, issir realtà. Bix-xieraq li se tissemma għall-mibki t-tabib Dr Victor Calvagna”.