Li kiku kellha tissejjaħ Elezzjoni Ġenerali llum il-Partit Laburista jirbaħ b’maġġoranża ta’ 24 vot.
Ir-riżultat tal-aħħar stħarriġ fost l-elettorat, ippunnlikat mill-gazzetta MaltaToday, ipoġġi lil-Partit Laburista f’vantaġġ ikkonsolidat ta’ 51.6%, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista ta’ Bernard Grech jiżloq lura għal 42.8%.
Dan is-survey – antiċipat minn dan is-sit ġimgħa ilu meta kkwota lil Beppe Fenech Adami jużah bħala argument kontra Alex Borg waqt il-laqgħa tal-Grupp Parlamentari – mistenni jgħolli s-siparju għal aktar inkwiet intern fil-PN, hekk kif il-fażżjonijiet diġa’ mqabbdin ma’ xulxin se jkunu qed jistrumentalizzawh kontra xulin.
Iżda s-Survey sar fil-perijodu ta’ bejn meta bdew it-tejatrini fil-Parlament kontra l-iSpeaker minn Karol Aquilina, l-ordni biex id-Deputati tal-PN joħorġu l-barra mill-Kamra biex jipproteġu lill-istess Aquilina minn vot ta’ mozzjoni ta’ kundanna, il-ħtif tal-PN mill-klikka militanti u estrema mmexxija mill-aħwa Karol u Robert Aquilina. is-sensiela ta’ talbiet għal inkjesti bla sens mitluba minn Jason Azzopardi, il-protesta bil-borom ta’ Repubblika u fl-aħħarnett, l-attakk tal-militanti kontra Alex Borg.
Is-Survey jikkonferma wkoll bl-aktar mod assolut li l-elettorat għandu fiduċja kbira fil-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela jitla għal 46.5% kontra l-20% biss ta; Bernard Grech, li issa jinsab fl-agħar livelli storiċi tiegħu b’27 punt wara l-Kap tal-Gvern.
U bħallikieku dan ma kienx biżżejjed għal ġurnata ħażina għall-PN, l-istess survey għolla għal 3.1 l-iskor minn 5 għall-performace tal-Gvern.