Bħal leħħa ta’ berqa l-eks Ministru ta’ żmien GonziPN Chris Said wieġeb għas-sejħa ta’ sħabu tal-establishment u l-militanti estremisti fil-PN, biex ikun hu – flimkien ma’ Beppe Galea – ir-risposta għall-assenza ta’ Alex Borg biex jakkumpanja lil Bernard Grech waqt żjarat f’ażjendi u negożji f’Għawdex il-bieraħ.
Said, li ddikjara diġa li mhux se jerġa jikkontesta l-elezzjonijġenerali li tmiss, ma kellux aktar interess li jkun involut tant fl-attivitajiet tal-PN, għajr fejn ikun mitlub.
RITRATT: Chris Said ma’ Beppe Galea l-bieraħ
Iżda l-opportunita’ li tingħata risposta lil Alex Borg kienet wisq kbira!
Tant hu hekk li l-establishment ħatfet l-opportunita’, biex ladarba l-Kelliem għal Għawdex Alex Borg ma attendiex, infurmaw mill-ewwel lil Chris Said biex ikun il-protagonista ‘veteran’ li jimbotta l-immaġni tal-‘magħżul’ tagħhom Beppe Galea.
RITRATTI: Beppe Galea jiddomina ma’ Bernard Grech
Fil-fatt, Beppe Galea deher kullimkien u f’kull mument ma’ Bernard Grech, għall-għira u r-rabja tal-kandidati l-oħra, fosthom l-eks Supretendent tal-Pulizija li ħa sehem fit-tfittxija fid-dar ta’ Jospeh Muscat: Frank Tabone.