B’intervent tal-Prim Ministru Robert Abela u bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali u l-Pulizija tal-Kapitali, it-toroq fil-Belt Valletta, fejn illejla se tgħaddi l-purċissjoni bil-vara tad-Duluri, ġew żgumbrati mill-imwejjed u s-siġġiet.
Dan kien meħtieġ biex ikun evitat li l-funżjonijiet tal-Knisja ma jkunux mxekkla jew mhux mgħotija r-rispett dovut, partikolarment f’dawn il-jiem tal-Ġimgħa Mqaddsa.
Kienu ħafna dawk li esprimew il-gratitudni tagħhom lejn l-awtoritajiet għall-intervent tagħhom biex ikunu evitati każi li nqalgħu drabi oħra, fejn xi sidien baqgħu xorta waħda jarmaw l-imwejjed fin-nofs, minkejja li kienu jafu li kien se jkun hemm purċissjoni.
Il-Kunsill Lokali qed jaħdem biex iżomm strett fuq l-infurżar f’dawn il-jiem.