Il-Kamra tal-Avukati mhux se tieħu passi fil-konfront tal-Avujat Roberto Montalto, li din il-ġimgħa tressaq b’arrest quddiem Qorti mixli bi vjolenża ripetuta fil-konfront ta’ mara.
Montalto, li jidher bħala l-Avukat ta’ Daphne Caruana Galizia ngħata l-bail, iżda dan is-sit dalgħodu staqsa kif Avukat fuq bail jista’ jidher quddiem Maġistrat jew Imħallef fil-Qrati?
RITRATT: L-Avukat Roberto Montalto li nħeles fuq bail
Ir-risposta ‘xejn’ ġuet mingħand Peter Fenech, il-President tal-Kamra tal-Avukati, li qal li wiħed irid jistenna l-eżitu tas-sentenża finali biex il-Kamra tkun tista taġixxi fil-konfront ta’ Montalto.
Skont Peter Fenech, li lkoll nafu l-qrubija tiegħu lejn il-Partit Nazzjonalista, Repubblika u Simon Busuttil, qalilna li l-Liġi li tirregola każi bħal dawn hi ‘ambivalenti’, jiġifieri ‘tinsab f’kunflitt’.
RITRATT: Il-President tal-Kamra tal-Avukati Peter Fenech
Skont Peter Fenech, din l-‘ambivalenza’ torbot idejn il-Kamra tal-Avukati milli tesprimi ruħha qabel ma jinqata’ l-każ!.
Intant, dan is-sit jinnota bħala stramba ħafna t-twepiba ta’ Peter Fenech f’isem il-Kamra tal-Avukati, li kienet mxiet b’kejl totalment differenti ma’ Avukat ieħor li kien tressaq il-Qorti: Patrick Spiteri.
Spiteri, li llum ma jistax jipprattika aktar ta’ Avukat, kien sospiż mill-Kamra tal-Avukati minuti wara li kien tressaq il-Qorti fuq diversi każi ta’ frodi u misappropjazzjoni.
Patrick Spiteri kien serva bħala l-konsulent fiskali tal-eks Prim Ministru Laburista Alfred Sant fl-1996.
RITRATT: Patrick Spiteri, li fil-konfront tiegħu l-Kamra tal-Avukati mxiet b’kejl differenti
Intant, isem Roberto Montalto u rappurtaġġ dwar l-arrest u l-akkużi fil-Qorti kontrih, ma dehru mkien fil-media ewlenija. Il-każ kien żvelat mis-sit NevilleGafa.Com.