Fl-aħħar, fit-tielt jum wara sensiela ta’ kutrumbajsi, ħarġet l-apoloġija sfrużata ta’ The Times fil-konfront ta’ Yorgen Fenech.
Fil-ħarġa tal-edizzjoni stampa ta’ The Times illum, sa fl-aħħar ħarġet l-ammissjoni u l-apoloġija għall-iżball enormi li għamlet fir-rappurtaġġ dwar il-każ ta’ Yorgen Fenech, fejn nhar l-Erbgħa li għadda kienu qed jixħdu xi Pulizija.
Nhar l-Erbgħa, il-verżjoni online ta’ The Times irrppurtat li meta Fenech kien interċettat fuq il-yacht tiegħu f’Diċembru tal-2019, instab li kellu miegħu €700,000 fi flus kontanti.
Wara ftit tal-ħin, ikkorreġiet l-istorja u qalet li kienu €7,000, li hu ammont li kull persuna jista’ jkollu miegħu, għaliex jaqa’ fil-parametri tal-liberta’ ta’ ċittadin Ewropew li jivvjaġġa u jiċċirkola b’massimu ta’ €10,000 fi flus kontanti.
Il-bieraħ l-edizzjoni stampata ħarġet mill-ġdid biċ-ċifra żbaljata ta’ €700,000!
Fl-edizzjoni stampa tal-lum ta’ The Times, il-korrezzjoni ġusta u finali. €7,000!