Esponenti militanti u estremi ta’ Repubblika qed iħejju għal attakk aħrax ieħor kontra membri tal-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista.
Imkejjen infurmati spjegawlna kif matul din il-ġimgħa, attivisti ta’ Repubblika ltaqgħu u ftehmu fuq dak li qed titfisser bħala ‘strateġija ta’ risposta’ għall-backlash li kien hemm wara l-pubblikazzjoni, nhar il-Ħadd li għadda, ta’ artiklu kontra d-Deputat Għawdxi Alex Borg.
Il-pjan tal-effett mar żmerċ nhar il-Ħadd li għadda, wara li l-artiklu ta’ Kevin Cassar ippubblikat fil-Malta Independent on Sunday kien mxerred tard filgħodu u mhux kmieni, permezz tal-WhatsApp lit-tesserati tal-Partit.
Nifhmu li l-attakk mistenni jerġa’ jkun permeżż tal-gazzetti tal-Ħadd li ġej, anki għall-fatt li hu mistenni wkoll li jkun ippubblikat stħarriġ tal-opinjoni pubblika li diġa qed jintqal li l-PN reġa’ ħa daqqa’ l-isfel fil-preferenżi tal-elettorat.
Repubblika hi mistennija tfarfar ir-responsabbilta’ għal dan l-istħarriġ billi se ddur fuq il-moderati u takkużahom bir-responsabbilta’ għar-riżultat.
Ta’ Repubblika huma konfortati mill-fatt li Bernard Grech qed jieħu pożizzjoni favorevoli għal tagħhom u mhux qed jagħmel la kundanni u la qed joffri appoġġ għad-Deputati tiegħu li qed jisfgħu fil-mira tal-attakki tagħhom.