Il-Prim Ministru Robert Abela, ħabbar li nlaħaq ftehim u ngħalqu b’suċċess in-negozjati mal-Union tal-Għalliema dwar ftehim kollettiv ġdid għall-edukaturi tal-MCAST.
Il-Prim Ministru ħabbar dan fuq il-paġna tal-media soċjali tiegħu, fejn sostna l-kburija tal-Gvern mmexxi minnu li se jerġa’ jsaħħaħ il-kundizzjonijiet ta’ iktar għalliema u akkademiċi li huma l-imħuħ tal-iżvilupp ta’ uliedna u għalhekk tal-ġid għall-Maltin.
Il-Prim Ministru rringrazzja lill-Ministru Clifton Grima li flimkien ma’ bosta nies ħadmu biex taw lil pajjiżna riżultat ieħor b’saħħtu u responsabbli favur il-ħaddiema fis-settur edukattiv u l-futur ta’ Malta u Għawdex.
Id-dettalji ta’ dan il-ftehim mistennija li jitħabbru fil-jiem li ġejjin.
