It-twissija hi ċara, u lanqas m’hi ċajta.
Ħames Sindki Nazzjonalisti Għawdxin huma lesti li jirriżenjaw ‘en block‘ mill-Partit Nazzjonalista, jekk kemm-il darba t-tmexxija tal-PN tkompli tħalli lill-klikka estremista mmexxija mill-aħwa Karol u Robert Aquilina, jkomplu bl-aġenda li jattakkaw lil Alex Borg.
Dawn is-Sindki diġa għamluha ċara f’emails li ntbgħatu lis-Segretarju Ġenerali tal-PN Charles Bonello u kkupjati lil Bernard Grech u lill-Presidenti tal-Amministrattiv, tal-Eżekuttiv u l-President tal-Kunsill Ġenerali tal-PN.
f’dawn l-emails il-ħames Sindki qed iwissu li mhux biss jinsabu lesti biex jirriżenjaw, iżda huma wkolll lesti li jikxfu kollox u ‘javvelixxu’ lit-tmexxija tal-Partit dwar ħafna affarijiet, inkluż dawk marbutin mal-ġbir ta’ fondi f’Għawdex u x’sar minnhom il-flus.
L-emails kienu segwiti b’telefonati mid-Dar Ċentrali, iżda wieħed biss wieġeb għas-sejħiet, li hu rappurtat li ta ċanfira kbira lis-Segretarju Ġenerali. l-erba’ Sindki l-oħra, injoraw it-telefonati ripetuti.
Dawn l-emails tas-Siundki mhumiex iżolati.
Fis-siegħat li għaddew, ninsabu informati mid-Dar Ċentrali li bdew jaslu bil-posta għadd ta’ tesseri mqattajn ta’ partitarji Nazzjonalisti Għawdxin, wħud minnhom b’ittri diretti lejn Bernard Grech bi kliem dispreġjattiv fil-konfront tiegħu, lkoll jakkużawh bi tradiment lejn id-deputati tiegħu u li sar skjav tal-klikka ta’ Karol Aquilina.
Altru milli għaqda, għall-Partit Nazzjonalista, Għawdex ħuġġieġa!
AKTAR FIL-ĦIN LI ĠEJ