Iva Alex Borg, nemmnek!
Kellek impenn ieħor. Nifhmek. U Bernard Grech qabeż għalik u kellmek fil-privat u esprima s-solidarjeta’ tiegħu miegħek hux!. Għallinqas hekk ikkwotawk tgħid The Times, jew xi żball ieħor bħas-€700,000 ta’ Yorgen Fenech?
Ara waqt il-Grupp Parlamentari, Bernard Grech ramiek!
Meta tmur tgħid lil tat-Times li Bernard Grech hu solidali miegħek, qisek qed tgħidli li Putin hu l-ħabib ta’ Zelenski!
Parir ta’ eks Nazzjonalist Alex, tippruvax titħabbeb ma’ dawn in-nies, li diġa’ ddeċidew id-destin politiku tiegħek.
M’għandek qatt tpaxxihom, iċċedilhom jew turi djufija. Insomma taf diġa, għax Beppe u Karol diġa’ għaddew romblu minn fuqek, tant li kkundizzjonawk.
In-Nazzjonalisti jridu politiċi veri, u mhux tal-Facebook. Jekk għandek tikteb, tisparax fuq il-messaġġier, immira ferm iżjed il-fuq. Jekk ma tagħmilx hekk, jimlewk huma ħabib.
U attent għal nhar il-Ħadd li ġej, għax dak l-antipatiku ta’ Kevin Cassar, għad fadallu ħafna aktar inka fit-toner u se jkompli jivvomta fuqek.