Żewġ rinoċeronti jħabbtu ras ma’ ras ma’ xulxin, hu l-uniku ritratt li l-Partit Nazzjonalista jista’ juri biex ikun onest mal-partitarji tiegħu, flok ma jinħela f’xinxilli u kliem b’ieħor.
Wara r-rabja tal-militanti estremi tal-PN mmexxija mill-aħwa Karol u Robert Aquilina, talli Alex Borg iddeċieda li jsiefer u ma jivvutax fil-Parlament kontra l-emendi fil-Liġi dwar l-Inkjesti Maġisterjali u m’attendiex għall-protesta tal-borom organizzata minn Repubblika fil-Belt il-ġimgħa li għaddiet, Alex Borg illum għażel li jkun assenti milli jakkumpanja lil Bernard Grech waqt żjarat għand ażjendi u negożji Għawdxin.
Din il-mossa ġdida ta’ Alex Borg nisslet rabja mill-ġdid tal-klikka ta’ Karol Aquilina, tant li Net News dalgħodu kienu ordnati jirreaġixxu kontra One News li rrappurtat il-fatt li Borg ma kienx se jkun ma’ Bernard Grech.
Nifhmu li Karol Aquilina ordna lil Net News biex joġorġiu storja u jagħtuha prominenza, li takkuża lil One News li qed tippubblika Fake News.
Daħlu f’dettalji ċuċeski bħal ‘mhux veru li Bernard Grech kien fi triqtu lejn Għawdex, iżda Bernard Grech kien ilu li wasal Għawdex kmieni filgħodu,’. Ara x’differenża kien se jagħmel dan id-dettal mill-fatti tal-istorja vera li qed titkellem dwar ir-rifjut ta’ Alex Borg, li hu l-kelliem tal-PN għal Għawdex, mili jilqa’ lil Grech f’Għawdex stess u ma jakkumpanjaħx għaż-żjarat.
Karol Aquilina ried li jnaqqas kemm jista’ jkun l-impatt fuq l-opinjoni pubblika, l-aktar tal-partitarji nazzjonalistai diġa’ nkorlati lejn il-klikka estremista għall-attakki bla sens fuq id-Deputati tagħhom stess.
Sadanittant, b’qerq kbir, xi nies fil-PN – eżatt bħalma għamel Michael Fenech Adami nhar il-Ħadd li għadda meta xerred bil-WhatsApp l-artiklu ta’ ħatnu Kevin Cassar, qed jiċċirkolaw ritratt ta’ storja ta’ Net News li juri lil Alex Borg jgħid li l-PN hu magħqud u li jirbaħ b’Bernard Grecxh.
Mir-riċerka li għamilna, jirriżulta li dik l-istorja kienet ippubblikata f’Ġunju tas-sena li għaddiet!
RITRATT: Tal-PN iridu jitnejjku bin-nies u qed jiċċirkolaw dan mal-attivisti u mat-tesserati biex mingħalihom kollox ward u żgaħr, meta dan it-titlu deher f’Ġunju tas-sena li għaddiet!