Il-Kelliem għal Għawdex tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg għażel li ma jkunx Għawdex biex jilqa’ u jakkumpanja lil Bernard Grech waqt żjarat għand xi negożji, foathom għand l-ażjenda Magro Brothers.
Iż-żjara ta’ Bernard Grech f’Għawdex hi wkoll ntiża li jipprova jsewwi ftit mill-ħsara kbira li saret f’Għawdex in partikori, wara li dan naqas milli jikkundanna l-attakk ta’ Kevin Cassar kontra Alex Borg, kif ukoll talli naqas milli jiddefendih u jipproteġih mill-estremisti li ħatfu lill-PN.
Dan wassal biex Bernard Grech u s-Segretarju Ġenerali Charles Bonello kienu ffaċċjati minn mewġa ta’ riżenji minn kumitati sezzjonali Għawdxin u għadd ta’ tesseri rifjutati jew saħansitra mibgħuta lura jew mormija fil-bins.
Filwaqt li f’Għawdex dalgħodu hemm ‘kulħadd’ fosthom Chris Said, Beppe Galea u Luke Said, Alex Borg ma jidher mkien, anżi ddeċieda li jkun Ma;ta minflok!.