Mis-sensiela x’sar minnhom fil-Partit Nazzjonalista? hemm Deputat ieħor, li bħal Ivan J. Bartolo jidher ċar li qata’ qalbu li l-partit qatt jista’ jieħu r-ruħ sakemm tibqa’ tiddomina l-klikka militanti u estremista mmexxija mill-aħwa Karol u Robert Aquilina.
Mario de Marco ilu x-xhur jidher il-minimu possibbli fil-Parlament, tant li l-attendenża tiegħu dan l-aħħar hi limitata għall-ħin tal-mistoqsijiet u jitlaq ftit wara, sakemm ma jkollux jintervjeni f’xi dibattitu.
Mario de Marco hu rrappurtat li jgħid man-nies li s-sitwazzjoni fil-PN, b’mod partikolariu fi ħdan il-Grupp Parlamentari hi waħda ‘soffolanti’ b’Karol Aquilina jagħmel li jrid u jikkmanda kollox hu.
De Marco, l-uniku iben tal-mibki Guidoi de Marco qatt ma qabel mal-imġieba xejn dekoruża fil-Parlament meta nfexx kontra l-iSpeaker Anġlu Farrugia, u saħansitra rrimartka darba, ‘Alla ħares missieri kien għadu f’din il-Kamra jara dawn l-affarijiet.’
Mario de Marco qatt ma kien aċċettat mill-klikka ta’ Karol Aquilina, tant li fi żmien Simon Busuttil bħala Kap, kienu ġiegħluh jirrinunżja jkun l-Avukat tad-DB Group wara li ħareġ l-iskandlu tal-pagi lill-uffiċċjali tal-PN.