Bernard Grech dalgħodu jinsab fI triqtu lejn Għawdex, fejn wara l-kwinti ta’ żjara camouflaged biex ‘jiltaqa’ man-negożji’ se jkollu laqgħat ma’ xi kumitati u attivisti li ddikjaraw gwerra kontrih u kontra l-Partit Nazzjonalista. wara li ma ddefendewx lil Alex Borg mill-attakk ta’ Kevin Cassar nhar il-Ħadd li għadda.
Għall-votanti nazzjonalisti għawdxin, il-każ Alex Borg, altru mhix magħluqa, iżda ‘hi ħajja u l-Bernard Grech irid jagħmel kundanna pubblika.
Grech baqa’ mutu u ċċassat waqt il-laqgħa tal-Grupp Parlamentari ta’ nhar it-Tnejn filgħaxija, u l-uniku darba li intrevjena waqt laqgħa dominata mill-għajjat ta’ Karol Aquilina u Beppe Fenech Adami lejn Alex Borg, kulma qal Grech kien li jfarfar u jirrispondih: ‘meta Karm Galea (il-kunjatu ta’ Adrian Delia) attakka t-tmexxija tiegħi int ddefendejtni?’
Intant, in-nuqqas ta’ pożizzjoni ta’ Bernard Grech fuq l-attakk ta’ Kevin Cassar, aggravata bil-fatt li Michael Fenech Adami xerred l-artiklu ta’ ħatnu bil-WhatsApp lit-tesserati, wassal għal furur fost in-Nazzjonalisti Għawdxin u sostenituri ta’ Alex Borg, li bi protesta, rriżenjaw minn Kumitati u bagħtu lura t-tesseri tagħhom fid-Dar Ċentrali.