Telefonata li saret fuq Net FM waqt il-programm tal-ħabib tiegħi Dione Borg, wriet kif jaħsbuha ċerti partitarji Nazzjonalisti dwar il-każ.
Minbarra li l-iskandli li ħerġin dwar il-mod ta’ kif tmexxiet l-Inkjesta tal-maġistrat Gabriella Vella, juri kif isem l-‘espert’ Jeremy Harbinson sar household name f;pajjiżna.
Iżda lis-Sinjura li ċemplet waqt il-programm ta’ Dione Borg, nghidilha, le Sinjura, mhuxs e jkun hemm carcades meta jikkollassa l-każ, iżda se jkun hemm il-kundanna għall-PN u Repubblika għall-prova tal-mod kif jaħdmu bil-vendetta u l-persekuzzjoni politika.
Se jkun hemm mhux carcades, iżda nittama prosekuzzjoni kriminali kontra min abbuża bil-kariga biex instiga, mexxa u orkestra frame-up bħal dan.