Jekk hemm Deputat Nazzjonalista li ma tistax taqbad tarf fejn qiegħed miegħu hu propju David Agius, li jokkupa wkoll il-karioga ta’ Deputat Speaker.
Nhar il-ħadd li għadda, David Agius kien fost l-ewwel mid-Deputati li esprimew appoġġ lejn Alex Borg fuq post li kiteb fuq Facebook b’ritaljazzjoni għall-attakk kontrih mill-kirurgu Kevin Cassar.
David Agius kiteb: ‘stronger together‘ u poġġa ‘Like’ fuq il-post ta’ Alex Borg.
Iżda ħafna fi ħdan il-PN qed jistaqsu dwar fejn eżattament qiegħed David Agius.
Dan għaliex altru li tesprimi appoġġ iżda fi ħdan il-partit ma tintervjenix u ma tiddefendix lil sieħbek kontra l-forżi militanti estremi li ħatfuh.
Ħafna fil-PN iqisu lil David Agius bħala irrilevanti u injorat minn kulħadd, filwaqt li jafu li jibża jitkellem u jħares biss l-interessi tas-sopravivenza tiegħu fil-PN quddiem il-klikka estrema mmexxija minn Karol Aquilina.
David Agius, minkejja l-kariga tiegħu bħala Deputat Speaker, ħawwad l-imħuħ il-ġimgħa li għaddiet, meta kien fost id-Deputati Nazzjonalisti li ħarġu ‘l barra mill-Parlament, meta l-Kamra ġiet biex tivvota fuq il-Mozzjoni mressqa mill-Gvern biex tikkundanna l-imġieba xejn dekoruża ta’ Karol Aquilina fil-konfront tal-iSpeaker Anġlu Farrugia.