Bravi!
Minkejja t-=tawid, il-ġlied u l-kaos li jinsab fih il-Partit Nazzjonalista, xorta jgħid li hu luċidu li jippreżenta lilu nnifsu bħala l-‘gvern alternattiv’, u ftit tas-siegħat ilu qal li l-‘Viżjoni 2050’ li nieda dalgħodu l-Prim Ministru Robert Abela, huma ‘kollha ideat tal-PN!’
Dalgħodu Net News qed jirrapporta kollox bil-maqlub ta’ dak li tnieda mill-Prim Ministru Abela f’isem il-Gvern mmexxi minnu. Anżi, qed jirrappurtaw li l-viżjoni hi ‘vaga’ iżda l-importanti li jintqal li din hi viżjoni ‘misruqa’ mill-PN!
RITRATT: Net News irid jgħati l-mertu tal-viżjoni lill-PN li qas m’hu kapaċi jara l-futur tiegħu bħala partit politiku, aħseb w ara l-futur tal-pajjiż
Il-Viżjoni Malta 2050 se sservi ta’ roadmap għall-25 sena li ġejjin.
Dan kien il-messaġġ li għadda l-Prim Ministru Robert Abela fit-tnedija tad-dokument konsultattiv b’rabta mal-Viżjoni Malta 2050.
Fi kliem il-Prim Ministru Robert Abela waqt il-preżentazzjoni tal-Viżjoni 2050, ‘din se sservi bħala eżerċiżżju uniku li se jħalli frott enormi, nibdet minn idea waqt il-pandemija, li żviluppat biex tieħu lill-pajjiż ‘l quddiem u tinfatam mill-mod tradizzjonali ta’ kif issir il-politika lil hinn mit-termini ta’ leġiżlatura.’
RITRATT: Il-preżentazzjoni ta’ ‘Viżjoni 20250 mill-Prim Ministru Robert Abela fiċ-Ċittadella f’Għawdex dalgħodu
Żied li din il-viżjoni se tkun prodott tal-poplu Malti u Għawdxi fejn il-Gvern ta’ biss linji gwida fuq liema binarji din il-viżjoni għandha taħdem, madanakollu l-politika se tkun waħda ta’ pajjiż sħiħ.
Il-Prim Ministru spjega wkoll kif id-dokument ta’ din il-viżjoni huwa wieħed ħaj għall-fatt li qed tinkorpora fiha flessibiltà biex tkun tista’ twieġeb għal ċirkostanzi li jistgħu jinqalgħu minn żmien.

Processed with VSCO with g6 preset