Mument ieħor ta’ stgħaġib fil-Qorti dalgħodu, meta l-espert Andrew Robert Coles żvela kif bil-kontra ta’ li qalet il-Maġistrat Gabriella Vella li mexxiet l-Inkjesta, ħadd ma taħ ġurament la f’Malta u lanqas barra l-pajjiż, skont kif titlob il-Liġi Maltija.
Coles kien qed jixhed dalgħodu permezz tal-video conference.
Dan il-fatt ikompli jikxef il-motivazzjoni tax-xhieda li qed jirrifjutaw li jiġu Malta biex jixħdu u jikxfu li ħadmu bħala esperti bla ma ngħataw il-ġurmaent għall-inkarigu mogħti lilhom minn Qorti.
Skont analisti li tkellmu ma’ dan is-sit dalgħodu, jirriżulta li din l-anomalija għandha twassal biex tħassar il-validita’ tar-rapporti tal-esperti, għall-fatt li – minbbarra li m’għandhom lla l-kwalifiki jew l-esperjenża biex iwettqu l-mandat – m’humiex koperti bil-ġurament li bil-Liġi Maltija tirregola l-ħidma tagħhom li ssir ‘bla biża u favuri.’
Problema akbar gġħall-kredibilita’ tal-Inkjesta tal-Maġistrat Gabriella Vella, toħroġ mill-fatt li x-xhud Andrew Robert Coles ġie Malta darba, iżda jirriżulta li ngħata ġurament, iżda mill-atti tal-Inkjesta hemm firma tiegħu għal ġurament!