Komplew ħerġin aktar dettalji mill-laqgħa taħraq tal-grupp Parlamentari Nazzjonalista l-bieraħ filgħaxija, fejn Bernard Grech baqa’ ma ddefendiex lil Alex Borg, anżi qallu: ‘lili ddefendejtni meta Karm Galea – l-kunjatu ta’ Adrian Delia – kiteb kontra t-tmexxija tiegħi?’
Grech ħalla t-tandem Beppe Fenech Adami u lil Karol Aquilina biex jgħaddu romblu minn fuq Alex Borg, bl-għajjat u l-intimidazzjoni tagħhom, sal-punt li qalulu: ‘għadek ġej fil-Partit, biċċa tifel Għawdxi tal-Facebook, u mingħalik se tisfida lill-fundaturi tal-partit?’
Bernard Grech ma offra l-ebda ħajt ta’ kenn għal Alex Borg, anżi baqa’ ċass u mutu u ħalla lil Beġġe u lil Karol jgħaddu bħal gaffa minn fuq id-Deputat Għawdxi.
Alex Borg, li wieġeb li m’għandu x’jaqsam xejn ma’ Karmenu Borg, u li dan lanqas għandu x’jaqsam mal-PN, il-fatt jibqa li l-kirirurgu Kevin Cassar, li jiġi ħaten Beppe Fenech Adami kienu u għadu kandidat tal-PN, u fl-istess ħin hu attivist ta’ Repubblika.
Fl-assenza tal-eks Kap Adrian Delia li baqa’ indispost, Alex Borg kellu biss lil Joe Giglio, lil Charles Azzopardi u lil Eve Borg Bonello biex jiddefenduh, filwaqt li Karol u Beppe kellhom lil Mark Anthony Sammut u lis-Segretarju Ġenerali Charles Bonello biex irewwħu l-kurrent ta’ dixxiplina fil-konfront ta’ Borg.