Hu ironiku w ipokrita l-fatt li l-Partit Nazzjonalista nhar ilk-Ġimgħa li għadda ħass li kellu joħroġ stqarrija ta’ ‘solidarjeta’ fil-konfront tal-avukat ta’ Repubblika Jsaon Azzopardi, iżda ma ħasx li kellu joħroġ stqarrija ta’ solidarjeta l-bieraħ għall-attakk li sar fil-konfront tad-Deputat Alex Borg mill-Kirurgu Kevin Cassar.
S’issa l-Partit Nazzjonalista jew il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech, li wkoll qed jitmexxew mill-fergħa tal-establishment taħt il-kmand tal-aħwa Karol u Robert Aquilina, għadhom ma ħarġu jew għamlu l-ebda stqarrija uffiċjali dwar l-attakk fuq Alex Borg..
L-istqarrija uffiċjali b’solidrjeta’ ma’ Jason Azzopardi, kienet iffirmata mill-Kap de facto Karol Aquilina u mingħajr l-approvazzjoni ta’ deputati oħrajn.
Minn wara dahar kulħadd, Karol Aquilina ħass li kellu jitkellem u jiddefendi f’isem il-PN lil Jason Azzopardi, wara li li ġie kkundannat mill-Qorti fuq dispreżż u mmultat €1,000.