Mistennioja tkun lejla ta’ tensjoni barra d-Dar Ċentrali tal-PN fil-ħin li se jkun qed jiltaqa’ l-Grupp Parlamentari Nazzjonalista, li għandu jiddiksuti l-kaos li nħoloq wara l-attakk ta’ Kevin Cassar fqu Alex Borg.
Nifhmu li huma ħafna l-partitarji nazzjonalisti li qed ixerrdu l-kelma biex illejla jkunu barra d-Dar Ċentrali f’Tal-Pieta’ biex isemmgħu ir-rabja tagħhom lejn id-djufija tat-tmexxija tal-partit fil-konfront tal-klikka estremista mmexxija mill-aħwa Karol u Robert Aquilina.
Il-partitarji qed imexxu l-kelma fi ħdan il-gruppi WhatsApp u fuq il-meżżi soċjali biex ilestu ruħhom li ma “jċedux pulżier” milli jaraw l-“irjus jitqaċċtu” mill-PN għall-ħsara kbira li qed jagħmlu.
Konxju mit-tensjoni li qed tikber fost il-partitarji, is-Segretarju Ġenerali Charles Bonello hu rrappurtat li diġa kien f’komunikazzjoni mal-Pulizija bl-iskop li tinżamm l-ordni barra d-Dar Ċentrali u jkunu evitati xeni imbarazzanti għall-PN, aktar minn dak li għaddej minnu bħalissa.
Fost messaġġi li rajna jiċċirkolaw fost il-gruppi tal-PN hemm: “ejja ħa nneħħulhom il-qżież”, u “li ma naddfux huma, llejla nndaffuħ aħna tal-maduma!”
L-ISTORJA GĦADHA QED TIŻVILUPPA