Fl-assenża ta’ pożizzjoni minn Bernard Grech, huma l-partitarji li qed bdew ġlieda biex jieħdu lura l-kontroll tal-Partit Nazzjonalista u qed jagħtu bidu għal kampanja biex il-Partit Nazzjonalista jsejjaħ Kunsill Ġenerali Staordinjarju fl-immedjat, saħansitra qabel l-Għid il-Kbir.
Grech, li jinsab imġebbed minn kull fazzjoni, qed jiffaċċja l-aktar ir-rabja tal-partitarji li s’issa baqa’ mutu u ċass quddiem l-attakk ta’ Repubblika fuil-konfront ta’ Deputat tiegħu.
Numru ta’ attivisti magħrufa dalgħodu huma rappurtati li marru d-Dar Ċentrali jitolbu għas-sodisfazzjon mingħand is-Segretarju Ġenerali l-ġdid Charles Bonello, li wkoll ma stenniex il-mewġa ta’ rabja tal-partitarji li issa qed juru li mhux se jaċċettaw aktar logħob bit-tmexxija tal-PN.
Dawn l-attivisti qed jinsistu li l-Kap għandu jsejjaħ għal Kunsill Ġenerali Staordinarju bl-iskop li jittieħdu “miżuri drastiċi” għat-“tkeċċija, is-separazzjoni u d-disassoċjazzjoni” minn Repubblika u l-attivisti tagħha.
Il-Whip tal-Grupp Parlamentari Paula Mifsud Bonnici għadha ma ħarġitx is-sejħa għal laqgħa tal-Grupp li fuq il-WhatsApp, huma ħafna d-Deputati li qed jinsistu li jitlaqaa’ saħansitra llejla.
Karol Aquilina, li dalgħodu ma tfaċċax fid-Dar Ċentrali hu rappurtat li kien għand Louis Galea fil-Fawwara.