Michael Fenech Adami, li bħal ħuħ Beppe, wkoll jiġi ħaten il-kirurgu Kevin Cassar, il-bieraħ hu rappurtat li beda jxerred b’kemm jiflaħ bil-WhatsApp, l-artiklu li li kien intiż li jikkawża kemm jista’ jkun ħsara lid-Deputat Alex Borg.
One News dalgħodu qed jirrapporta kif ta’ Fenech Adami nxteħtu b’ruħhom u ġisimhom wara l-kandidat ġdid Nazzjonalista Għawdxi Beppe Galea, rivali ta’ Alex Borg fuq it-13-il Distrett.
Dan kif anke jixhdu posts fuq Facebook li xerred fl-aħħar żmien l-istess Fenech Adami.
Galea hu viċin ħafna tal-familja ta’ Bernard Grech u kemm Grech kif ukoll il-Kap de facto Karol Aquilina u issa anke ta’ Fenech Adami qed jimbottaw b’saħħa l-kandidatura tiegħu bit-tama li jħarbtu għal kollox lil Borg fuq Għawdex.
Hu fatt magħruf li Beppe Galea jaħdem ukoll fl-uffiċċju ta’ David Casa, wieħed mill-perċimes tal-fazzjoni estremista, li qed tmexxi lil Bernard Grech minn imnieħru. F’dan l-uffiċċju jaħdem ukoll Michael Fenech Adami.
ONE News jirrapporta wkoll li l-artiklu ta’ Kevin Cassar fuq Alex Borg kien orkestrat mill-fazzjoni estremista u dan wara li, l-Erbgħa li għadda, l-istess Borg m’attendiex is-seduta Parlamentari meta ttieħed il-vot fuq il-mozzjoni tal-Gvern dwar Karol Aquilina u wisq inqas attenda għall-protesta bil-borom u s-sfafar minn Repubblika minħabba li kien “vaganza”, kif ikkonferma mal-mikrofonu ta’ ONE News Bernard Grech innifsu dakinhar.