Ta’ Repubblika qed jirrikorru għal miżuri ta’ emerġenza biex jiddevjaw Mir-rabja lejhom mill-partitarji, billi jaljenaw bi ‘spinta’ għal talba ta’ referendum minn Arnold Cassola, kontra l-Liġi emendata dwar l-Inkjesti Maġisterjali.
Hu propju Arnold Cassola s-salva-uomo temporanju ta’ Repubblika li jidħol ‘komdu’ f’dan il-mument ta’ kriżi kkawżat mill-attakk ta’ Kevin Cassar kontra d-Deputat Alex Borg.
Arnold Cassola, li ilu juri sinjali li laħaq alleanza ma’ Repubblika għall-iskopijiet politiċi tiegħu, issa jidħol kexxun għall-iskopijiet ta’ Repubblika.
Matul dawn l-aħħar siegħat hu mifhum li saru għadd ta’ telefonati bejn l-aħwa Karol u Robert Aquilina ma’ Arnold Cassola, bl-iskop li jonfħu l-proposta għal Referendum biex iħassru l-Liġi emendata u li kienet approvata mill-Parlament nhar l-Erbgħa li għaddiet.
L-istrateġija hi tas-soltu, uża lill-media indiupendenti biex tmexxi s-sejħa għal referendum, oħloq devjazzjoni u aljenazzjoni.