L-aħwa Karol u Robert Aquilina li filmkien imexxu l-fazzjoni militanti u estremista fi ħdan il-Partit Nazzjonalista, huma rrapurtati li qed ilestu għar-rivolta kontrihom mill-moderati fil-partit, hekk kif ma kkalkulawx li l-attakk li għamlu permezz ta’ Kevin Cassar kontra d-Deputat Għawdxi Alex Borg, kien se jqajjem daqstant furur.
Imkejjen viċin id-Dar Ċentrali qalulna li l-bieraħ filgħaxija saru għadd ta’ telefonati bejn diversi nies, lkoll jiddiskutu r-reazzjoni ta’ Adrian Delia u ta’ Joe Giglio li ħarġu għonqhom għal Alex Borg.
Fost il-konversazzjonijiet li saru, hemm dik bejn Karol Aquilina u Bernard Grech, fejn dan tal-aħħar kien imwissi biex ma ‘jodħolx fiha’ u żewġ telefonati oħra lil xi ġurnalisti biex ‘jinjoraw’ dak li tfisser bħala t-‘twerżieq’ ta’ xi wħud, b’referenza għal Delia u Giglio.
TAĦT PRESSJONI QAWWIJA: Bernard Grech kien imwissi biex jibqa’ mutu u ma jgħid xejn dwar Alex Borg u l-attakk kontrih minn Kevin Cassar / L-aħwa militanti estremi Karol u Robert Aquilina
Konxji mill-għadd ta’ kummenti ta’ partitarji li qed jesprimu l-għadab tagħhom għall-attakki li qed iseħħu mill-esponenti estremisti lejn membri tal-Grupp Parlamentari, l-aħwa Aquilina qed jistriħu fuq sħabhom il-ġurnalisti li jżommu kollox kwiet, biex b’hekk jevitaw li r-rivolta tinfirex u tibqa limitat biss għall-media Laburista.
IL-KORLA: Partitarji Nazzjonalisti jesprimu r-rabja tagħhom għas-sitwazzjoni fi ħdan il-PN
Skont l-imkejjen tagħna, jirriżulta li l-aħwa Aquilina jemmnu li jekk kemm-il darba l-istampa indipendenti ma tirrappurtax fuq il-‘fall-out‘ tal-kitba ta’ Kevin Cassar, allura ħafna nies tibqa’ ma tkunx taf xi jkun għaddej, u jsaħħu l-filosofija li ladarba ma dehret mkien – għajr fl-istampa Laburista – ma tkunx eżistiet u tgħaddi inosservata minn bosta.
Bħala parti mill-istrateġija biex iżommu ħajja l-pressjoni tagħhom fuq il-PN u l-Grupp Parlamentari, kemm l-aħwa Aquilina u anki Jason Azzopardi huma rrappurtati li qed jikkordinaw l-isforżi tagħhom biex tinġabar kemm jista’ jkun informazzjoni fuq Alex Borg, Adrian Delia u Joe Giglio.
Din l-informazzjoni għandha sservi biex issaħħaħ l-id tal-estremisti biex – permezz tal-istampa indipendenti – jibdew jesponuhom bħala ‘t-tuffiegħ imħassar’ fi ħdan il-PN u b’hekk il-ħtieġa li ssir kampanja għat-‘tindif’ tagħhom mill-PN.
APPOĠĠ: Id-Deputati Joe Giglio u Adrian Delia jesprimu s-solidarjeta’ ma’ Alex Borg għall-attakk minn Kevin Cassar
Hu mifhum li din il-ġimgħa se jitlaqqa’ l-grupp parlamentari fid-Dar Ċentrali u mhux fil-bini tal-Parlament bl-iskop li jkun evitat l-istorbju ovvju li mistenni jkun hemm u li jilħaq widnejn terżi.
Għal din il-laqgħa mistennija jkunu preżenti bħala front magħqud it-trio Borg, Delia u Giglio, li l-bieraħ filgħaxija huma rrappurtati li kisbu l-appoġġ ukoll ta’ Ivan J. Bartolo li wkoll jinsab fil-mira ta’ Karol Aquilina u l-fazzjoni militanti estremista fil-PN.
NOT BUSINESS AS USUAL: Id-Dar Ċentrali tal-PN
Bartolo ilu ġimgħat jikkontempla r-riżenja tiegħu mill-PN għaliex iddejjaq jaħdem f’ambjent li qed ifisser bħala ‘tossiku’ u ‘soffokanti’.
Bartolo iżda hu mifhum ukoll li hu maqbud f’morsa ta’ indeċiżjoni dwar ir-riżenja tiegħu għaliex jaf li jekk kemm-il draba jirriżenja mill-PN u mill-Parlament, ikun ifisser li jpaxxi lil Karol Aquilina biex minfloku jtella’ fil-Parlament permezz ta’ elezzjoni każwali lil Jason Azzopardi minn fuq id-9 Distrett.
PLAY MAKER: Id-Deputat Ivan J. Bartolo hu rrappurtat li hu mxebba mill-fazzjoni estremista fil-PN
Is-siegħat li ġejjin se jkunu kruċjali għall-futur tal-PN, hekk kif fl-istess ħin l-għaqda estremista Repubblika, bl-għajnuna u l-gwida mingħand Louis Galea u Richard Cachia Caruana – żewġ mentors importanti għall-aħwa Aquilina – għandhom jitħabbru iniżjattivi oħrajn biex iżommu ħajja l-kampanja tagħhom kontra l-Gvern, wara l-fjask tal-protesta tal-borom nhar l-Erbgħa li għaddiet.
IL-‘MENTOR’: Hu mifhum li Louis Galea għandu rwol kruċjali wara l-iniżjattivi tal-aħwa Karol u Robert Aquilina
Nifhmu li din il-ġimgħa, Jason Azzopardi għandu jippreżenta kawża kostituzzjonali fil-Qorti kontra l-Liġi approvata mill-Parlament li rriformat il-Liġi dwar l-Inkjesti Maġisterjali.
ARDIT: Minkejja l-kundanna mill-Qorti nhar il-Ġimgħa, Jason Azzopardi jibqa’ jiġġieled għar-rilevanza tiegħu b’kawża Kostituzzjonali għal Repubblika
Se tiżdied il-kampanja personali kontra l-persuna tal-Prim Ministru Robert Abela biex jitpinġa bħala ‘dittatur’ b’aktar kitbiet ta’ opinjonisti ħbieb fl-istampa indipendenti, filwaqt li hu mistenni wkoll li jsir sforż akbar biex joħorġu lin-nies l-ġimgħa d-dieħla għall-vġili li jmiss fis-16 tax-xahar, li jikkomemora l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
I