Filwaqt li l-Partit Nazzjonalista qed jiffaċċja waħda mill-akbar kriżijiet eżistenżjali tiegħu, għażel li jinjora l-lill-elettorat tiegħu u minflok jispjega lill-partitaji tiegħu x’inhu għaddej, ddeċieda li jitkellem fuq it-traffiku.
B’Adrian Delia nieqes minn Birkirkara fejn saret l-attivita, Bernard Grech għażel li jinjora għal kollox il-fatt li l-gazzetti indipendenti kollha llum fihom messaġġi ta’ gwerra kontrih u kontra d-Deputati tiegħu mill-estremisti mmexxija mill-aħwa Karol u Robert Aquilina.
Bosta kienu dawk fuq il-meżżi soċjali li esprimew l-għadab tagħhom kontra t-tmexxija ‘aljenata’ tal-PN għal dak li qed jiġri fejn Karol Aquilina ha over il-Partit.
Dwar it-trasport, kien hemm min saħansitra sfida lit-tmexxija tal-PN biex ma jkomplux iħaffru aktar hekk kif l-aħħar li l-PN kien fil-Gvern is-sitwazzjoni tat-traffiku kienet straġi sħiġa b’sistema ta’ trasport pubbliku li falla għal kollox.