Sitwaazjoni surreali fil-Partit Nazzjonalista, hekk kif minkejja l-gazzetti indipendenti kollha jġorru artikli tal-estremisti ta’ Repubblika, Bernard Grech għażel li jmur Birkirkara, liebes ‘cool’ bla qmis iżda b’pullover taħt il-ġlekk.
Grech għażel li jitkellem fuq it-traffiku u mhux fuq il-kriżi interna kbira li għandu fil-Partit Nazzjonalista, tant li Manwel Delia u Kevin Cassar għaddejjin xalata jattakkaw lill-PN u lill-Grupp Parlamentari tiegħu, filwaqt li l-aħwa Karol u Robert Aquilina ħadulu over fid-Dar Ċentrali.
Bħall-ostrich Bernard Grech jippreferi jdaħħal rasu fir-ramel qabel l-affarijiet jibdew jeskalaw mill-ġimgħa d-dieħla, u jibda jinduna li anki t-tmexxija tiegħu tinsab f’periklu.