L-establishment u l-estremisti fi ħdan il-Partit Nazzjonalista għadhom kif taw bidu għal attakk feroċi kontra d-Deputat Nazzjonalista Għawdxi Alex Borg, prattikament identiku għal kif mxew kontra l-eks Kap Adrian Delia.
It-theddida ta’ Kevin Cassar illum fil-gazzetta The Malta Independent on Sunday kienet ċara, ‘mhux kapaċi jħares il-futur t’Għawdex, aħseb w ara kemm hu kapaċi jħares il-futur tiegħu!’
Kevin Cassar bagħtlu l-messaġġ sottili u ċar li ta’ Repubblika u l-fazzjoni tal-estremisti fil-Partit Nazzjonalista huma lesti biex ikissruh politikament!/
L-attakk aħrax ta# dalgħodu kontra Alex Borg minn Kevin Cassar permezz ta’ The Independent on Sunday hu biss il-biduy tal-vendetta tal-estremisti u ta’ Repubblika.
Mhux se jaħfrulu għal dak li fissru bħala ‘oxxenita’ l-għażla tiegħu li jisfida kollox u lil kulħadd u ma jsiefer għal bachelor’s party fis-Slovakkja, flok ma mar għall-vot fil-Paralemnt dwar l-Inkjesti Maġisterjali u ma attendiex għall-protesta tal-borom ta’ Repubblika.
Imkejjen infurmati spjegawlna li l-estremisti diġa’ lestew id-dettalji għal kampanja qalila kontra Alex Borg, u fil-jhiem li ġejjin se narawha fl-ażżjoni, permezz ta’ artikli, diskorsi, u żvelar ta’ kontijiet bankarji u dettalji dwar l-istil ta’ ħajja ta’ dan id-Deputat Nazzjhonalista Għawdxi.
Sadanittant, hemm stennija kbira għal dak li mistenni jseħħ fi ħdan il-Grupp Paralmentari tal-PN din il-ġimgħa, hekk kif Karol Aquilina hu rrappurtat li hu lest ‘jiekol wiċċ’ Alex Borg u jagħmel l-akbar theddida tiegħu lejh s’issa/