Qegħdin sew f’pajjiżna, ma tibbastax l-eżaġerazzjoni ta’ ‘Mafia State’, iżda issa l-aħwa Karol u Robert Aquilina u s-satelliti estremisti kollha tagħhom, taw bidu għal narrattiva ġdida: Diuk li ‘Robert Abela hu dittatur’.
Min jiftaħ il-gazzetti dalgħodu jsib artikli fuq artikli kollha bl-itess narrattiba, li f’Malta qed ngħixu taħt dittatorjat!
Ma naf bl-ebda pajjiż dittatorjali fejn l-ekonomija tkun daqstant b’saħħitha, fejn il-familji u n-negożji ilhom sa minn żmien il-Covid mħarsa mill-preżż tal-enerġija, li hawn full employment, kulħadd jifqa’ r-ristoranti, li l-barranin jiġu Mlata għax-xogħol, għaliex hawn ix-xogħol għalihom, isiru l-kunċerti, plays, marċi, il-festi….
Insomma, din in-narrattiva biżarra, li issa ngħaqad magħha wkoll Arnold Cassola, hi surreali.