Jisimha Zara Melody , hi Irlandiża u fuq parir tal-famuż Jeremy Harbinson, ngħatat inkarigu biex isservi bħala ‘esperta’ fl-Inkjesta tal-Maġistrat Gabriella Vella fuq IT.
Zara Melody, li ma kulħadd tgħid li qatt m’għoġbitha l-iskola, kienet marret taħdem bħala ‘lifeguard’ u għalliema tal-għawm, spiċċat iddaħħlet bħala ‘esperta’ fl-Inkjesta u bdiet titħallas bir-rata straordinarja ta’ €176 fis-siegħa.
Il-gazzetta ‘It-Torċa‘ dalgħodu qed tirrapporta kif minkejja li kienet biss ‘apprendista’ mat-tim ta’ konsulenti tal-informatika ANSEC IA, spiċċat b’inkarigu ta’ ‘esperta’ mal-Maġistrata Gabriella Vella u bi ħlas li qatt ma ħolmot li tara f’ħajjitha, lanqas fl-Irlanda stess.
Tant hu hekk li jirriżulta li Zara Melody tħallset aktar minn €20,000 għal ħin tagħha fuq l-Inkjesta.