Bħal arloġġ Sviżżeru – iżda 24 siegħa tard – kellu jkun Mark Camilleri li joħroġ b’messaġġ ta’ solidarjeta’ għal Jason Azzopardi wara li l-Qorti l-bieraħ sabitu ħati ta’ dispreżż u mmultatu €1,000.
Il-post ta’ Camilleri prattikament ikkonferma s-suspetti ta’ kulħadd li bejnu u Jason Azzopardi hemm ‘rabta intrinsika’ ta’ stejjer, leaks u manuvrar,
Dan għaliex il-mod ta’ kif ħareġ juri s-solidarjeta’ tiegħu lejn Jason Azzopardi ma kien wieħed bħal eżerċizzju ta’ damage control u deflection, peress li l-post ta’ Mark Camilleri ħareġ jispjega li ‘tal-Labour iċċelebraw is-sentenża fil-konfront ta’ Azzopardi.’
Bħallikieku Mark Camilleri ma jafx li Jason Azzopardi ġab kollox fuqu nnifsu u waħdu!
Il-Laburisti ma ċċelebrawx għas-sentenza, izda għoxew li sa fl-aħħar Jason Azzopardi sab kappell jiġih minn dik l-istess Qorti li jħobb jitkessaħ biha, għaliex hemm ġew għandu l-ħbieb li jaqdu l-aġenda tiegħu.
Iżda din id-darba, ir-roulette daret u waqfet fuq numru ħażin, dik li ma stenniex. Waqfet fuq Maġistrata li ma tħarisx lejn l-uċuħ jew il-mutetti, iżda tħares biss il-ġustizzja u mhux lil min irid ikun protagonista.
Imma li skantani l-aktar fil-messaġġ ta’ solidarjeta’ ta’ Mark Camilleri kien li qal li Jason ġie mhedded wara s-sentenza.
Ix-xjafek! Eżatt wara s-sentenza?
Nistqasi x’jieħu wiħed li jhedded wara sentenza ta’ dispreżż? X’sens jagħmel?
U għaliex Mark Camilleri ma spjegax u ma wera l-ebda prova ta’ theddid – kif qal – li sar lil Jason Azzopardi.
U kif issa qed iħossu mhedded Jason Azzopardi? Sal-bieraħ kien qed iwerżaq li ma jibża minn ħadd!
Fuq theddid, aktar jista jispjegalna Mark Camilleri milli Jason Azzopardi, li kien hu li kien hedded lil Rosianne Cutajar li se jkun ‘her ugliest nightmare!’
Mark Camilleri għandu jinkwieta u mhux juri solidarjeta lejn Jason Azzopardi.
Jason instab ħati ta’ dispreżż lejn il-Qorti b’filmat, aħseb w ara meta l-Pulizija tiġiu tħabbat biex tinformna li se tressaq fuq leakage b’disprezz ta’ chats sħaħ mill-WhatsApp ta’ akkużat b’reati maġġuri, u li suppost kienu ssiġġilati fil-proċess.
Dan mhux ċajt Mark, dawn affarijiet serji ħafna.