Jason Azzopardi ma jafx jgħid stop!
Le, jrid ikompli jħaffer, jiġġustifika, li jkollu l-aħħar kelma, u fuq kollox li jurini li hu dejejm għandu raġun!
Wara li l-bieraħ nstab ħati li ġibed filmat illegali fil-Qorti tal-Prim Ministru Robert Abela flimkien mal-Ministru Jonathan Attard wara seduta fil-każ dwar l-Isptarijiet, u weħel €1,000 multa, illum tefa’ filmat fuq Facebook miġbud minn tfajla mill-Bangladesh, li juri l-bini tal-Qorti minn ġewwa.
Bħas-soltu, Jason Azzopardi pprova jirbaħ xi kapital minn fuq dan il-video li tella’, bla ma poġġa l-affarijiet fil-perspettiva ġusta.
Il-filmat tat-tfajla mill-Bangladesh hu ċar li nġibed bla ma kienet taf li ma tistax, li tellatu għal sjkopijiet ta’ esplorazzjoni tal-Belt Valletta, li hi vlogger dwar vjaġġi u tiddokumenta l-ġajja tan-nies fil-pajjiżi fejn iżżur.
Li ma jridx jammetti Jason Azzopardi hu li l-filmat tiegħu nġibed fil-Qorti meta kien jaf sew li ma tistax, li ħeba l-fatt li kien qed jiġbed il-filmat, ried jiġbed filmat tal-Prim Ministru fil-Qorti, u agħar minn hekk, għadda l-filmat lil Net News!
Jason Azzopardi kellu mottiv għall-filmat, filwaqt li t-tfajla mill-Bangladesh ma kellha l-ebda mottiv!
M’hemmx tagħmel, Jason Azzopardi ma jafx limiti, u jkompli jgħereq aktar fil-fond tal-problemi li joħloq hu stess, għal xejn b’xejn!
Jista’ xi ħadd jirraġuna miegħu u jkellmu ftit please?