Aktar stejjer mill-inkredibbli u ta’ paniku fil-Partit Nazzjonalista.
Mela l-ewwel il-PN qalu li l-miżuri għall-mitigazzjoni tat-traffiku huma ‘short sighted’, imbagħad qalu li li l-Gvern ikkopjahom mingħandhom, issa għax ma jistgħux jattakkaw l-argument, qed jivvintaw il-ħmerijiet.
Il-PN qal li l-Ministru Chris Bonett, anzi ‘għajjar’, lill-Prof Andrew Azzopardi dalgħodu waqt kollegament telefoniku fil-programm tiegħu.

Din tant kienet gidba ħoxna, li l-Profs Azzopardi stess irrimarka wara l-programm b’kitba fuq Facebook dwar ir-relazzjoni tajba li teżisti bejnu u l-ministru Bonett.

Min jaf lill-Ministru Chris Bonett jaf li qatt ma kienet fin-natura tiegħu li jgħajjar lin-nies nies.
Il-PN mhux bħall-PN.
Ma jifilħux jaqgħu iżjed fil-baxx. Iktar kemm jiddejqu jaraw lill-Gvern jieħu deċiżjonijiet kuraġġużi, iktar se jsibu jaħdem fl-aqwa interess tal-Maltin u l-Għawdxin.