Għada l-Ħadd, fl-10:30am il-Partit Laburista qed isejjaħ lill-partitarji biex jinġabru fil-pjazza La Valette biswit il-Berġa ta’ Kastilja, fejn se jitkellem il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela.
Il-Prim Ministru se jkun qalnb in-nies tal-Belt, biex jitkellem u jisma lin-nies fi tmiem ġimgħa li matula rajna l-approvazzjoni fil-Parlament tar-riforma tal-Liġi dwar l-Inkjesti Maġisterjali, il-fjask tal-protesta ta’ repubblika, il-kaos li nħoloq fil-PN u għal Bernard Grech b’konsegwenza tal-presjoni ta’ Repubblika u Karol Aquilina wara l-fjask tal-protesta u l-ħtija misjuba f’Jason Azzopardi għal dispreżż lejn il-Qorti.
Għada filgħodu għandha tingħata risposta fil-Belt li l-Partit Laburista fil-Gvern hu ffukat u determinat li jkompli jwettaq il-mandat demokratiku tiegħu, u ssir turija ta’ saħħa ta’ Moviment li se jkompli jkun it-tarka tal-familji, tal-ħaddiema u tan-negożji.
Fil-Belt, għada nidħlu b’serenita u mhux bi protesta bl-intenżjonijiet ta’ diżubbidjenża ċivili.
Nidħlu l-Belt biex inkomplu nwettqu l-ġid u nkomplu nsaħħu lil Malta tagħna.