F’din it-tieni parti minn sensiela ta’ artikli ntiżi biex ifakkru ftit lis-Segretarju Ġenerali l-ġdid tal-PN Charles Bonello dwar il-mod ta’ kif il-PBS kien jitmexxa meta hu kien Kastilja ma’ sħabu Edgar Galea Curmi, Alan Camilleri u Gordon Pisani.
Dan għaliex il-bieraħ, Charles Bonello ħass li kellu joħroġ mill-uffiċċju tiegħu fid-Dar Ċentrali u jilmenta li l-PBS qed ikun ‘żbilanċjat’ u li mhux qed jitkellem bl-istess narrattiva tal-PN.
Iżda l-memorja ta’ Charles Bonello fqira ħafna f’kollox, speċjalment fejn jidħol il-PBS ta’ żmienu f’Kastilja.
RITRATT: Charles Bonello flimkien ma’ Claudette Buttigieg u Nathaniel Attard barra l-bini tal-PBS il-bieraħ
Ha ntih isem:
Joe Zahra, eks Surġent tal-Pulizija, li daħal konsulent mal-kumpannija ‘Where’s Everybody’ li dak iż-żmien kellha monopolju sħiħ fil-PBS.
Dan Zahra kien weħel 17-il xahar ħabs, għaliex waqt li kien jidher fuq il-PBS ma’ Lou Bondi, kien iffabbrika dokumenti foloż li kienu wasslu għar-riżenja ta’ John Dalli minn Ministru għall-Affarijiet Barranin fl-2006!
Zahra kien għamle rapport falż għal kumpannija Olandiża Simed li kellha interessi li tirbaħ it-tender għall-makni tal-Isptar Mater Dei, Kien implika lil John Dalli li ħa l-flus mingħand l-Olandiżi biex irebbħilhom it-tender. Kien kollu falż.
Ir-rapport falż ta’ Joe Zahra kien spiċċa b’kumbinazzjoni fuq l-iskrivanija tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi li bagħat għal John Dalli u qallu li ma setax ikollu Ministru taħt investigazzjoni.
Dalli, li ftit qabel dak iż-żmien kien għadu kif tilef l-elezzjoni għat-tmexxija tal-PN ma’ Lawrence Gonzi kellu jirreżenja mill-kariga, u dam biex reġa kien irriabilitat minn Gonzi stess li kellu jibla’ kliemu wara li nstab li dak kollu li ntqal dwaru fir-rapport ta’ Zahra kien falż u ffabbrikat.
RITRATT: Joe Zahra, it-tieni mix-xellug, flimkien mal-preżentaturi tal-programm
Dalli qatt ma kien involut fl-ebda parti mill-proċess ta’ tenders jew kostruzzjoni tal-Isptar Mater Dei.
Zahra kein ikkundannat fl-Appel għal 17-il xahar ħabs, u dan għal manuvra kattiva kontra Ministru waqt li kien qed jaħdem fi programm tal-PBS!
Charles, għedtlek, qabbel ma titkellem u tipoprova tagħmel it-tejatrini barra l-PBS u takkuża lill-Gvern tal-lum fuq partiġġjaniżmu u tipprova tqabbel l-affarijiet mal-Korea ta’ Fuq, studja ftit il-ġeografija, l-istorja u anki n-nies.
Int kont Kastilja, u taf kif kien jitmexxa, u x’manuvri kienu saru, speċjalment wara li Joseph Muscat nħatar Mexxej tal-Partit Laburista u kien ċar li kien se jkun hu li jaqlakhom il-barra minn Kastilja fl-2013.
Għat-tielet parti….