Ajma Charles x’mort tivvinta u titkellem barra l-bini tal-PBS u tgħid ħafna affarijiet u konvenjentement skartajt verita’ ċerta li l-pajjiż għex meta INT kont fis-Segretarjat ta’ Gonzi u kellek lil Edgar Galea Curmi u lil Gordon Pisani miegħek.
Għas-Segretarju Ġenerali ġdid iżda impopolari tal-PN Charles Bonello, il-PBS illum mhux imparżjali, u lissen litanja ta’ lmenti fuq dak li jaħseb huma ‘provi’ ta’ kemm l-Istazzjon Nazzjonali hu ‘żbilanċjat.
meta ha nfakkrelk ftit x’kien jiġri fil-PBS fi mienek f’Kastilja.
Tiftakru lil Lou Bondi?
Tiftakar li kien jippreżenta Bondi+?
Kemm kien imparżjali?
Kemm kien ġust u fair?
Hux kien il-prim kuġin ta’ Austin Gatt?
Tiftakar meta PUBBLIKAMENT, Lou Bondi kien għamel endorsement għal Manwel Delia bħala kandidat tal-Partit Nazzjonalista fuq il-Ħames Distrett?
Lou Bondi, preżentatur fuq it-televiżjoni tal-Istat, kien għamel endorsement għal Manwel Delia li kien b’kumbinazzjoni ċ-Chief of Staff tal-istess Austin gatt, u li kien responsabbli għad-diżastru fit-trasport pubbliku bl-Arriva.
And TV presenter Lou Bondì – cousin of the minister – has already obliged with a public endorsement of Delia in a political event for Zurrieq constituents. “The country needs people with his intelligence, integrity and passion for politics,” Bondì told an audience for Delia’s first event.
- MaltaToday 28 ta’ Novembru 2010
Manwel Delia qas inġabar f’dik l-elezzjoni tal-2013, għaliex minkejja kull sforż li għamel fuq id-distrett, kulma kiseb kienu 450 vot!
Biex ninfriska ftit il-memorja ta’ Charles Bonello dwar il-PBS fi żmien Gonzi PN, infakkru f’Xarabank ta’ Peppi Azzopardi u fil-programm ta’ Norman Vella.
M’għandix għalfejn inżid aktar, għajr nirrepeti l-mistoqsija jekk jiftakarx il-kamra tal-aħbarijiet taħt Natalino Fenu t-tmexxija tal-PBS f’idejn Anton Attard ukoll
.
RITRATTI: Mix-xellug: Natalino Fenech, Lou Bondi u Anton Attard
Ftit titli mill-gazzetti ta’ dak iż-żmien biex ngħin lil Charles Bonello jiftakar ftit u jkun onest man-nies, qabel ma jparla fil-vojt barra l-bini tal-PBS u jfajjar statements frivoli u bl-addoċċ.