Sa fl-aħħar id-Deputat Nazjonalista Għawdxi Alex Borg feġġ!
Jien għedt, kif Bernard Grech qal li tinsab msiefer u ironokament għażilt li ma titfa’ xejn fuq Facebook daqs kemm tħobb il-media soċjali?
U 48 siegħa wara tfeġġ b’ritratt issuq off-road waqt btala fis-Slovakkja.
Alex, mhux biex nindfaħallek, imma hawn Malta hawn min qed jistaqsi dwar l-assenza tiegħek fil-Parlament nhar l-Erbgħa li għadda, meta kont taf bid-dati tal-voti u wissiek Karol Aquilina kemm hu importamti li tkun preżenti għall-vot u għall-protesta!
Jidher iżda li minn widna daħlet u mil-oħra ħarġet.
La tiġi lura, nassigurak li se ssib Kumitat jistenniek, dik tal-Brigata tal-Imdejqin li jippretendu risposti, għaliex huma jikkmandaw kollox.