Ma kienx mument li n-nies ta’ bernard Grech dehtrilhom li kellhom jintervjenu u jitolbu lil Vicky-Ann Cremona tieqaf ftit mid-diskors tagħha u lin-nies jiefqu milli jużaw is-sfafar u ħabbtu l-borom, biex ikun jista jitkellem sew mal-ġurnalisti.
Il-0farsa żviluppat hekk kif in-nies mill-uffiċċju tal-komunikazzjoni ta’ Grech ħarġu fejn il-barriers u għamlu ġesti b’idejhom jitolbu għas-skiet.
Kien f’dan il-ħin li n-nies aktar għamlet storbju, b’uħud saħansitra jlissni kliem dispreġġjattiv fil-konfront ta’ Grech, jgħajtulu ‘buffu’ u ‘mur ixxejjer’.
RITRATT: Il-President ta’ Repubblika Vicky-Ann Cremona tħabbat fuq borma waqt il-protesta nhar l-Erbgħa li għaddiet.
Il-kummenti ta’ Grech issoktaw bl-istorbju jżid, u Vicky-Ann Cremona, il-President ta’ repubblika tkompli bid-diskors tagħha, tinjora kompletament it-talba ta’ Bernard Grech.
Wara l-kummenti mal-ġurnalisti, Grech mexa ftit qalb in-nies li kienu qed jipprotestaw, iżda ħadd minn Repubblika ma mar fuqu jew ħadlu b’idejh.
Kien injorat minn Manwel Delia, Jason Azzopardi u Robert Aquilina.