L-avukat ta’ Repubblika Jason Azzopardi ma jafx l-umilta, u ma jafx jistħi!
Gġaliex instab ħati u nqabad u nstab ħati ta’dispreżż lejn il-Qorti billi bil-provi, ġibed filmati llegali fil-bini tal-Qorti, irid idawwarha kontra l-Prim Ministru Robert Abela, li qed juża l-qrati kontrih!
Azzopardi li dalgħodu weħel €1,000 multa mill-Maġistrat Monica Vella, qal li se jappella mis-sentenza, u akkuża lill-Prim Ministru Robert Abela li qed jipprova juża l-Qrati biex isikket lill-kritiċi tiegħu.
Li ma qalx Jason Azzopardi li l-Priom Ministru qas daħal fil-kwistjoni, għaliex lanqas qatt ma tkellem fuq il-filmat li nġibed b’telefon ċellulari fil-bini tal-Qorti u li ġabet lill-istess Prim Ministru u l-lill-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard jiddiskutu bejniethom f’rokna tal-Qorti.
Azzopardi ma qalx lanqas li s-sentenża tal-Maġistrat Monica Vella esprimeit ruħa sodisfatta u tikkonferma l-provi kollha mressqa quddiemha mill-esperti mqabbda minnha u li eżaminat is-CCTVs kollha tal-Qorti li juru lil Azzopardi għaddej bil-mobile f’idu minn ħdejn il-Prim Ministru u l-ministru Jonathan Attard.
L-espert ikkonferma li minn analiżi li għamel hu stess tal-mod kif mexa’ Azzopardi u kif ħareġ il-filmat, hemm kompatibilita’ ta’ ċertezza li l-filmat inġibed minnu.
Intant, wara li Jason Azzopardi xeba’ juża lill-maġistrati ħbieb tiegħu biex idaħħal inkjesti, issa li l-Qorti u Maġistrata li ma tħares lejn wiċċ ħadd spiċċat biex ikkundannatu u ddikjaratu ħati, irid jgħajjar lill-Qrati Mafja!
Ma jafx jistħi!